20.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/32


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5182 — Shell/BP/AFS/GlobeFuel)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 155/07)

1.

Fl-10 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Shell Deutschland Oil GmbH (“SDO”, il-Ġermanja), li tifforma parti minn Shell group (“Shell”, ir-Renju Unit), Deutsche BP AG (“Deutsch BP”, il-Ġermanja), li tappartjeni lil Culimately, ikkontrollata b'mod konġunt minn BP u l-Grupp Lufthansa, (“Lufthansa”, il-Ġermanja) takkwista skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' GlobeFuel Systems & Services GmbH (“GlobeFuel”, il-Ġermanja) pemezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal SDO: attiva fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni u l-bejgħ taż-żejt u l-gass naturali kif ukoll fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodotti taż-żejt u l-kimiċi,

għal Deutsche Bank: attiva fl-esplorazzjoni, l-iżvilupp u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass kif ukoll fir-raffinar, il-manifattura u l-marketing tal-prodotti taż-żejt u l-petrokimiċi,

għal AFS: fornitur ta' servizzi abbord l-ajruplani, jiġifieri servizzi ta' refuelling ta' l-ajruplani u attiva fil-kostruzzjoni ta' mħażen għal fjuwil, żvilupp u servizzi konsultattivi fil-qasam tal-kostruzzjoni tal-vetturi, u l-loġistika tat-trasport,

għal GlobeFuel: fornitur ta' soluzzjonijiet integrati ta' l-IT għal servizzi abbord l-ajruplani.

3.

Wara l-ewwel eżaminazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru. (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M. 5182 — Shell/BP/AFS/GlobeFuel, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.