10.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 143/20


P-Liżbona: Operat ta' servizzi ta' l-ajru bi skeda

Stedina għall-parteċipazzjoni f'sejħa għall-offerti maħruġa mill-Portugall skond l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 rigward l-operat ta' servizzi ta' l-ajru bi skeda li joperaw ir-rotta Liżbona-Vila Real-Bragança-Vila Real-Liżbona

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 143/09)

1.   Daħla: Skond l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji, il-Portugall iddeċieda li jemenda l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti rigward servizzi ta' l-ajru bi skeda li joperaw ir-rotta Liżbona-Vila Real-Bragança-Vila Real-Liżbona.

Jekk fil-15 ta' Settembru 2008 l-ebda trasportatur ta' l-ajru ma jkun għadu beda jew ikun se jibda jopera servizzi ta' l-ajru bi skeda fuq ir-rotta msemmija hawn fuq bl-impożizzjoni ta' obbligu ta' servizz pubbliku, u mingħajr ma jitlob kumpens finanzjarju, jintgħażel trasportatur wieħed b'sejħa pubblika għall-offerti, skond il-proċedura pprovduta bl-Artikolu 4(1)(d) tar-regolament imsemmi hawn fuq, li jingħata d-dritt li jopera dawk is-servizzi mis-27 ta' Ottubru 2008.

2.   L-għan ta' l-istedina għall-offerti: Il-provvista ta' servizzi ta' l-ajru bi skeda fuq ir-rotta msmemija hawn fuq mis-27 ta' Ottubru 2008, skond l-obbligi ta' servizz pubbliku kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

3.   Parteċipazzjoni: Kull trasportatur ta' l-ajru li huwa d-detentur ta' liċenzja ta' l-operat maħruġa minn Stat Membru skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar liċenzjar ta' air carriers, kif ukoll ta' ċertifikat xieraq ta' trasportatur ta' l-ajru, jista' jopera dawn is-servizzi.

4.   Proċedura: Din l-istedina għall-offerti hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(1)(d), (e), (f), (g), (h) u (i) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92.

5.   Il-fajl ta' l-offerta: Il-fajl komplut ta' l-offerta, li jinkludi r-regoli speċifiċi li jirregolaw l-istedina għall-offerta, jista' jinkiseb bil-prezz ta' EUR 100 minn: Instituto Nacional da Aviação Civil I.P., Rua B, Edifícios 4, 5, e 6 — Aeroporto da Portela 4, P-1749-034 Liżbona.

6.   Kumpens finanzjarju: L-offerti li jintefgħu għandhom espliċitament jindikaw l-ammont rikjest bħala kumpens għall-operat tas-servizz għal tliet snin mid-data tal-ftuħ stipulata (b'analiżi annwali). Jekk l-offerti jinkludu l-operat ta' titjiriet is-Sibtijiet u/jew il-Ħdud, dawn ma għandhom jagħtu lok għall-ebda żieda fil-kontribut finanzjarju li għandu jagħmel l-Istat Membru. L-impatt finanzjarju li jirriżulta mill-operat tat-tijiriet is-Sibtijiet u/jew il-Ħdud (li ma għandux jinġarr mill-Istat Membru) ikollu jiġi spjegat u ġustifikat fil-proposta ta' l-offerent. L-ammont preċiż tal-kumpens li jingħata finalment jiġi ffissat kull sena ex post, abbażi ta' l-ispejjeż li tagħhom tingħata prova u d-dħul realment iġġenerat mis-servizz, sa l-ammont stabbilit fis-sejħa għall-oferti.

7.   Prezzijiet: L-offerti jeħtiġilhom jindikaw il-prezzijiet previsti, li jeħtiġilhom ikunu skond l-obbligi ta' servizz pubbliku kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Eropea.

8.   It-tul, l-emedar u t-terminazzoni tal-kuntratt: Il-kuntratt jidħol fis-seħħ fis-27 ta' Ottubru 2008 u jintemm wara tliet snin. L-ammont tal-kumpens finanzjarju jista' jiġi rivedut jekk ikun hemm tibdiliet mhux previsti fil-kundizzjoniiet ta' l-operat.

9.   Penalitajiet: Jekk l-operatur ma jkunx jista' jibda jopera s-servizz minħabba force majeure, l-ammont tal-kumpens finanzjarju jista' jitnaqqas proporzjonatament għat-titjiriet li ma jkunux saru. Jekk it-trasportatur jonqos milli jopera s-servizz għal raġunijiet għajr dawk ta' force majeure jew inkella jonqos milli jaqdi l-obbligu ta' servizz pubbliku, l-awtoritajiet Portugiżiż jistgħu:

inaqqsu l-ammont tal-kumpens finanzjarju proporzjonatament għat-titjiriet li ma jkunux saru,

jistitwixxu proċedimenti bil-liġi, fejn skond tali proċedimenti jistgħu ikunu applikati multi u penalitajiet addizzjonali provduti fil-liġ,

japplikaw penalitajiet kuntrattwali,

jitterminaw il-kuntratt, f'konformità mal-liġi Portugiża, mingħajr preġudizzju għas-sitwazzjonijiet provduti fil-kuntratt f'dan ir-rigward,

jinvokaw ir-raġunijiet għar-revoka provduti bil-liġi Portugiża u fil-kuntratt tal-liċenzja.

10.   It-tfigħ ta' offerti:

1.

L-offerti jistgħu jintefgħu sa mhux aktar tard mill-17:00 tat-tletin jum wara l-pubbikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea ta' din l-istedina għall-offerti.

2.

L-offerti u kwalunkwe dokument li jakkumpanjahom jistgħu jitwasslu bl-id — bi rċevuta tal-wasla — fil-kwartieri ġenerali ta' l-Instituto Nacional de Aviação Civil I.P., Rua B, Edifícios 4, 5, e 6, Aeroporto da Portela 4, P-1749-034 Liżbona, bejn id-09.00 u l-17.00, jew inkella jintbagħtu bil-posta rreġistrata, sakemm jaslu sad-data u l-ħin stipulati fil-paragrafu 1 hawn fuq. L-offerent waħdu għandu jkollu r-responsabbiltà għat-twassil tard.

11.   Il-validità ta' l-istedina għall-offerti: Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, il-validità ta' din l-istedina għall-offerti hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-ebda trasportatur ta' l-ajru Komunitarju eliġibbli biex jopera s-servizz konċernat ma jressaq, sal-15 ta' Settembru 2008, applikazzjoni biex jopera r-rotot ikkonċernati sa mis-27 ta' Ottubri 2008, skond l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti, mingħajr ma jirċievi kumpens finanzjarju. Fil-każ li, sal-15 ta' Settembru 2008, trasportatur/i ta' l-ajru japplika(w) biex jopera(w) dawn is-servizzi, filwaqt li jaqdi/u l-obbligu ta' servizz pubbliku u mingħajr ma jitlob/olbu kumpens, din l-istedina għall-offerti tkun skadiet.