23.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 126/43


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5112 — Rewe/Plus Discount)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 126/08)

1.

Fil-15 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriża REWE-Beteiligungs-Holding International GmbH (“REWE”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-Grupp REWE takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-impriża sħiħa PLUS DISCOUNT spol. s.r.o. (“PLUS CZ”, ir-Repubblika Ċeka) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:

għal REWE: bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut ta' ikel u ta' affarijiet li mhux ikel, l-ivvjaġġar u t-turiżmu,

għal PLUS CZ: bejgħ bl-imnut ta' ikel u ta' affarijiet li mhux ikel fir-Repubblika Ċeka.

3.

Fuq eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin- in-numru ta' referenza COMP/M.5112 — Rewe/Plus Discount, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1