17.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 121/19


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5157 — Volkswagen/Scania)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 121/16)

1.

Fis-7 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Volkswagen AG (“Volkswagen”, il-Ġermanja) takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ ta' Scania AB (“Scania”, l-Iżvezja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:

għal Volkswagen: manifattura ta' vetturi bil-mutur,

għal Scania: manifattura ta' vetturi kummerċjali bil-mutur.

3.

Fuq eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru. tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5157 — Volkswagen/Scania, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.