| 
                8.5.2008  | 
            
                MT  | 
            
                Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  | 
            
                C 113/12  | 
         
MEDIA 2007
Sejħa għal Proposti — EACEA/09/08
Appoġġ għal “Vidjo fuq Rikjesta u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali”
(2008/C 113/09)
1. Objettivi u Deskrizzjoni
Dan l-avviż għal sejħa għal proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).
Il-miżuri koperti mid-Deċiżjoni jinkludu Vidjo fuq Rikjesta u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali:
1. Vidjo fuq Rikjesta: Servizz li jippermetti lil individwi li jagħżlu xogħlijiet awdjoviżivi minn server ċentrali biex jarawhom fuq skrin remot fi żmien reali (streaming) u/jew iniżżluhom (download).
2. Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali: Konsenja diġitali (fi standard kummerċjali aċċettabbli) ta' “Core Content”, jiġifieri feature films, films televiżivi jew sensiliet televiżivi (finzjoni, animazzjoni u dokumentarji) lil stabbilimenti ċinematografiċi għal użu kummerċjali (permezz ta' ħard disk, satellita, onlajn…).
3. Applikanti eliġibbli
Dan l-avviż huwa mmirat lejn kumpanniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta' hawn fuq.
L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed minn dawn il-pajjiżi:
| 
                —  | 
            
                is-27 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea,  | 
         
| 
                —  | 
            
                il-pajjiżi ta' l-EFTA,  | 
         
| 
                —  | 
            
                l-Iżvizzera,  | 
         
| 
                —  | 
            
                il-Kroazja.  | 
         
4. Baġit u Tul tal-Proġetti
Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 5,9 miljun.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tieħu l-forma ta' għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija ma għandha qatt taqbeż il-50 % tat-total ta' l-ispejjeż eliġibbli.
It-tul massimu tal-proġetti huwa ta' 18-il xahar.
5. Skadenza għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard mill-14.7.2008.
6. Aktar tagħrif
It-test sħiħ tas-sejħa għal proposti, flimkien mal-formoli ta' l-applikazzjoni, jistgħu jinstabu fl-indirizz Internet li ġej:
http://ec.europa.eu/information_society/media/newtech/vod_dcc/index_en.htm
L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mat-termini tal-linji gwida u għandhom jiġu ppreżentati fuq il-formoli pprovduti.