7.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 112/30


Sejħiet għall-proposti SUB 01-2008 u SUB 02-2008

(2008/C 112/14)

Il-Kummissjoni Ewropea tipprevedi li talloka sussidji għal ammont globali indikattiv ta' EUR 10 400 000 bil-għan li jiġu promossi l-għanijiet tal-politika tat-trasport. Il-prijoritajiet politiċi kienu ġew iffissati fil-Programm ta' Ħidma għas-sena 2008 adottat mill-Kummissjoni Ewropea.

It-temi prinċipali magħżula jirrigwardaw is-sikurezza fit-toroq kif ukoll l-ottimizzazzjoni ta' l-użu ta' l-infrastrutturi min-naħa ta' l-operaturi (it-trasport bit-triq u dak ko-modali) (SUB 01-2008) kif ukoll il-mobbiltà sostenibbli fil-qasam urban u suburban (SUB 02-2008).

L-informazzjoni dwar din is-sejħa għall-proposti tinsab fis-sit tad-DĠ TREN f'dan l-indirizz:

http://ec.europa.eu/dgs/energy_transport/grants/proposal_en.htm