18.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 97/28


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5131 — Rewe/Fegro-Selgros)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 97/09)

1.

Fid-9 ta' April 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Rewe Großflächengesellschaft mbH, li hija proprjetà ta' Rewe Gruppe (Rewe, il-Ġermanja) akkwistat fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' Fegro/Selgros Gesellschaft für Großhandel mbH & Co. (Fegro/Selgros, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma. In-negozju ta' Fegro/Selgros huwa attwalment ikkontrollat minn Rewe and Otto GmbH & Co KG.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Rewe: bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa ta' prodotti tal-konsum ta' kuljum, it-turiżmu, l-aktar fil-Ġermanja,

għal Fegro/Selgros: swieq “cash & carry” (sistema fejn ix-xerrej jixtri l-prodotti b'flus kontanti u jġorrhom huwa stess), l-aktar fil-Ġermanja, il-Polonja u r-Rumanija.

3.

Fuq eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (numru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew inkella bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5131 — Rewe/Fegro-Selgros, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.