15.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 93/14


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5132 — Samsung Electronics/Samsung Techwin)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 93/11)

1.

Fl-4 ta' April 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Samsung Electronics Co. Ltd. (“Samsung Electronics”, tal-Korea), indirettament takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll ta' Samsung Opto-Electronics GmbH (“Samsung Opto-Electronics”, tal-Ġermanja), Samsung Opto-Electronics France S.A.S. (“Samsung Opto-Electronics France”, ta' Franza) u ta' Samsung Opto-Electronics UK (“Samsung Opto-Electronics UK”, tar-Renju Unit) li huma kollha indirettament sussidjarji kollha kemm huma proprjetà ta' Samsun Techwin Co. Ltd. (“Samsung Techwin”, tal-Korea) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Samsung Electronics: id-diżinjar, l-iżvilupp, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta' prodotti fil-qasam ta' l-elettronika u t-teknoloġija ta' l-informazzjoni,

għal Samsung Opto-Electronics, Samsung Opto-Electronics France u Samsung Opto Electronics UK: id-distribuzzjoni ta' kameras diġitali tar-ritratti.

3.

Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riservata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5132 — Samsung Electronics/Samsung Techwin, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.