15.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 93/12


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5120 — ArcelorMittal/Gonvarri/SSC Brazil)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 93/09)

1.

Fl-4 ta' April 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi ArcelorMittal (tal-Lussemburgu) u Gonvarri (ta' Spanja) jakkwistaw fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt ta' Gonvarri Brasil Produtos Siderúrgicos S.A. (“SSC Brazil”, tal-Brażil) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal ArcelorMittal: il-manifattura u l-bejgħ ta' firxa kbira ta' prodotti ta' l-azzar inkluż flat carbon steels, long carbon steels kif ukoll stainless steels,

għal Gonvarri: l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta' l-azzar, kif ukoll l-iddiżinjar, l-iżvilupp u l-manifattura ta' partijiet tal-metall għal vetturi bil-mutur,

għal SSC Brazil: l-ipproċessaar u d-distribuzzjoni ta' l-azzar fil-Brażil.

3.

Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riservata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (numru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew inkella bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5120 — ArcelorMittal/Gonvarri/SSC Brazil, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.