10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 89/16


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Kaz COMP/M.5101 — OJSC Novolipetsk Steel/Novexco/Novex Trading)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 89/09)

1.

Fl-1 ta' April 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża NLMK International B.V. (“NLMK International”, ta' l-Olanda), ikkontrollata minn OJSC Novolipetsk Steel (“OJSC”, tar-Russja) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' Novexco (Cyprus) Limited (“Novexco”, ta' Ċipru) u ta' Novex Trading (Swiss) S.A. (“Novex Trading”, ta' l-Iżvizzera) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal OJSC Novolipetsk: grupp għall-produzzjoni u l-ipproċessar internazzjonali, integrat b'mod vertikali, ta' l-azzar,

għal Novexco: il-kummerċ ta' l-azzar,

għal Novex Trading: il-kummerċ ta' l-azzar.

3.

Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riservata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5101 — OJSC Novolipetsk Steel/Novexco/Novex Trading, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.