10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 89/11


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti ta' l-ewro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

(2008/C 89/05)

Image

Il-muniti ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha ta' l-ewro. Il-Kummissjoni tippubblika d-disinji tal-muniti ewro l-ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha konċernati li jgħaddu l-muniti minn taħt idejhom (1). Skond il-konklużjonijiet li l-Kunsill adotta dwar dan is-suġġett fit-8 ta' Diċembru 2003 (2), l-Istati Membri u l-pajjiżi li kkonkludew Ftehim Monetarju mal-Komunità li jipprovdi għal ħruġ ta' muniti ta' l-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma awtorizzati li joħorġu ċerti għadd ta' muniti kommemorattivi ta' l-ewro fiċ-ċirkolazzjoni bil-kundizzjoni li kull pajjiż ma joħroġx aktar minn munita kommemorattiva ġdida kull sena, u li tintuża biss id-denominazzjoni taż-2 ewro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi tal-muniti ta' l-ewro normali, imma għandhom disinn kommemorattiv irrappreżentat fuq il-wiċċ nazzjonali tagħhom.

Il-Pajjiż tal-ħruġ: Ir-Repubblika ta' San Marino

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Is-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali 2008

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti ta' ġewwa tal-munità tirrappreżenta l-kulturi differenti tal-ħames kontinenti preżenti fuq il-kontinent Ewropew, bis-simboli ta' ħames figuri tal-bniedem u bit-testi sagri tal-Komunitajiet differenti. L-iskrizzjonijiet f'forma tal-qawsalla tikkompleta d-disinn. fuq nett “SAN MARINO”, fuq il-millenju “2008”; Taħt “ANNO EUROPEO DEL DIALOGO INTERCULTURALE” u l-inizjali “E.L.F.” ta' l-artist, Ettore Lorenzo Frapiccini; fuq in-naħa tax-xelluq, il-marka taz-zekka “R”.

Fuq iċ-ċirku ta' barra tal-munita jidhru t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Il-volum tal-ħruġ: 130 000 munita

Id-data tal-ħruġ: April 2008

Tinqix mad-dawra ta' barra: 2 ★, ripetuti sitt darbiet, darba bis-sew darba bil-maqlub.


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 dwar l-uċuh nazzjonali kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali tat-8 ta' Diċembru 2003 dwar il-bidliet tad-disinn li jidher fuq l-uċuh nazzjonali tal-muniti ta' l-ewro. Ara wkoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2003 dwar il-prattika komuni għat-tibdil fid-disinn ta' l-uċuh nazzjonali tal-muniti ta' l-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 264, 15.10.2003, p. 38).