10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 89/10


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti ta' l-ewro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

(2008/C 89/04)

Image

Il-muniti ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha ta' l-ewro. Il-Kummissjoni tippubblika l-karatteristiċi tad-disinji tal-muniti ta' l-ewro ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lilll-partijiet kollha konċernati li jgħaddu l-muniti minn taħt idejhom (1). Skond il-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2003 (2), l-Istati Membri taż-żona ta' l-ewro u l-pajjiżi li kkonkludew il-Ftehim Monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ tal-muniti ewro kommemorattivi huma awtorizzati li joħorġu ċerti kwantitajiet ta' muniti ewro kommemorattivi fiċ-ċirkolazzjoni bil-kundizzjoni li ma joħroġx iktar minn disinn wieħed ġdid ta' muniti f'kull pajjiż kull sena u li tintuża biss id-denominazzjoni taż-2 ewro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi tal-muniti ta' l-ewro normali, imma għandhom disinn kommemorattiv irrappreżentat fuq il-wiċċ nazzjonali tagħhom.

L-Istat li joħroġ il-munita: Ir-Repubblika Taljana

Suġġett tal-kommemorazzjoni: 60 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti ta' ġewwa tal-munita tirrappreżenta raġel u mara bis-simboli tad-dritt għall-paċi, għall-ikel, għax-xogħol u għall-ħelsien irrappreżentati bil-werqa tar-rand, sbula, ir-rota bis-snin u l-fildiferru mxewwek u l-ħoloq tal-katina miksura biex tifforma ċ-ċifra “60o”. Fin-nofs, l-inizjali “RI” tal-pajjiż li ħareġ il-munita; fuq ix-xelluq il-millenju 2008; fuq il-lemin l-inizjali “MCC” ta' l-artista Maria Carmela Colaneri u l-marka taż-żekka “R”; taħt, kaxxa żgħira bl-iskrizzjoni “DIRITTI UMANI”.

Fuq iċ-ċirku ta' barra tal-munita jidhru t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Il-volum tal-ħruġ: 5 miljun munita

Id-data approssimattiva tal-ħruġ: April 2008

Tinqix mad-dawra ta' barra: 2 ★, ripetuti għal sitt darbiet, darba weqfin u darba bil-maqlub.


(1)  Ara ĠU C 373 tat-28.12.2001, p. 1 għal referenza għall-uċuh nazzjonali kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali tat-8 ta' Diċembru 2003 dwar il-bidliet tad-disinn ta' l-uċuh nazzjonali tal-muniti ta' l-ewro. Ara wkoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2003 dwar il-prattika komuni għat-tibdil fid-disinn ta' l-uċuħ nazzjonali tal-muniti ewro fiċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 264, 15.10.2003, p. 38).