28.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 77/18


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5084 — PARE/Acea/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 77/04)

1.

Fis-17 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi (“PARE”, Italja) u ACEA S.p.A. (“Acea”, Italja) akkwistaw fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt ta' kumpanija ġdida li tikkonstitwixxi impriża konġunta (IK).

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:

għal PARE: attiva fis-settur ta' prodotti li jistgħu jiġġeddu u b'mod partikolari fit-trattament ta' l-iskart għall-produzzjoni ta' prodotti kombustibbli,

għal Acea: attiva fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-elettriku, tal-gass u l-ġestjoni ta' l-iskart,

għal jv: attiva fil-produzzjoni tas-CDR-Q (prodott kombustibbli li ġej mill-iskart ta' kwalità għolja).

3.

Fuq eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5084 — PARE/Acea/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.