|
4.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 59/7 |
Sejħa għall-proposti 2008 — Eżerċizzji ta' Simulazzjoni tal-Protezzjoni Ċivili
(2008/C 59/07)
|
I.1. |
L-Unità tal-Protezzjoni Ċivili tad-Direttorat-Ġenerali għall-Ambjent, fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, qed tniedi Sejħa għall-Proposti bil-għan li tidentifika Eżerċizzji ta' Simulazzjoni tal-Protezzjoni Ċivili li jistgħu jkunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju fil-qafas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/162/KE, Euratom li tistabilixxi Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili adottata fil-5 ta' Marzu 2007 u li taqa' taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom li tistabbilixxi Mekkaniżmu tal-Komunità għall-Protezzjoni Ċivili (riformulata) li ġiet adottata fit-8 ta' Novembru 2007. Dan l-appoġġ finanzjarju se jkun f'forma ta' għotjiet. |
|
I.2. |
L-oqsma kkonċernati, in-natura u l-kontenut ta' l-azzjonijiet, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-finanzjament jinstabu fil-Gwida rilevanti dwar l-Applikazzjoni għall-Għotjjiet, li fiha wkoll struzzjonijiet dettaljati ta' fejn u kif tissottometti l-proposta. Il-gwida, kif ukoll l-applikazzjonijiet għall-għotjiet relevanti jistgħu jitniżżlu mill-websajt Europa hawnhekk: http://europa.eu.int/comm/environment/funding/intro_en.htm |
|
I.3. |
Il-proposti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-indirizz indikat fil-Gwida dwar l-Applikazzjonijiet dwar l-Għotjiet sa 15 ta' Mejju 2008. Il-proposti għandhom jitwasslu bil-posta jew bil-courier privat mhux aktar tard mill-15 ta' Mejju 2008 (l-evidenza tkun id-data ta' meta ntbagħtet, il-marka tal-posta jew id-data tal-formola tad-depożitu). Jistgħu ukoll jitwasslu personalment fl-indirizz speċifiku indikat fil-Gwida, mhux aktar tard mill-15 ta' Mejju 2008 fil-17.00 (l-evidenza tkun irċevuta ddatata u ffirmata mill-uffiċjal responsabbli). Proposti mibgħuta sad-data ta' skadenza ffissata, imma li jaslu għand il-Kummissjoni wara t-23 ta' Mejju 2008 (l-aħħar data tal-wasla) ma jitqisux bħala eliġibbli. Huwa d-dmir ta' l-organizzazzjoni applikanti li tiżgura li jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi rrispettata din id-data ta' skadenza. Mhumiex se jiġu aċċettati l-proposti mibgħuta bil-feks, bil-posta elettronika, l-applikazzjonijiet mhux kompluti, jew l-applikazzjonijiet mibgħuta f'diversi partijiet. |
|
I.4 |
Il-proċedura għall-għoti ta' l-għotjiet hija skedata kif ġej:
Il-benefiċjarji se jingħażlu fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fil-gwida msemmija fil-punt I.2 u fil-limiti tal-baġit disponibbli. Fl-eventwalità ta' approvazzjoni mill-Kummissjoni, ikun konkluż ftehim ta' għotja (imħejji f'euro) bejn il-Kummissjoni u l-parti li tressaq il-proposta. Il-proċedura hija strettament kunfidenzjali. |