27.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 54/43


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5073 — Scholz/TTC/GMPL JV

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 54/09)

1.

Fl-20 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Scholz AG GmbH (“Scholz”, il-Ġermanja) u Toyota Tsusho Corporation (“TTC”, il-Ġappun) jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Green Metals Poland (“GMPL”, il-Polonja), permezz tax-xiri ta' ishma, f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

l-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Scholz: il-kummerċ u l-ipprocessar ta' ruttam u azzar li fihom il-ħadid u dawk li ma fihomx,

għal TTC: servizzi ta' loġistika għall-industrija tal-karozzi, u l-kummerċ ta' metalli, makkinarju, kimiċi u prodotti oħrajn,

għal GMPL: il-ġbir u l-ipprocessar ta' skart u ruttam tal-metall u mhux tal-metall.

3.

Wara eżaminazzjoni preliminarja l-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar dan l-operat propost.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5073 — Scholz TTC/GMPL JV, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.