|
26.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 52/26 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4942 — Nokia/Navteq)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 52/10)
|
1. |
Fid-19 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 u wara referenza skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Nokia Inc (l-Istati Uniti ta'l-Amerika) li tappartjeni għall-grupp Nokia Corporation (flimkien “Nokia”, il-Finlandja) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta' l-impriża NAVTEQ Corporation (“Navteq”, l-Istati Uniti ta'l-Amerika) permezz ta' xiri ta' ishma. |
|
2. |
l-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ddeċidiet li t-tranżazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottmettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet possibbli tagħhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem mid-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4942 — Nokia/Navteq, fl-indirizz li ġej:
|