15.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 41/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5031 — ACE/CICA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 41/09)

1.

Fit-8 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża ACE Limited (“ACE”, il-Gżejjer Cayman) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Combined Insurance Company of America (“CICA”, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża ACE: propjetà globali u l-assigurazzjoni għad-diżgrazzji u organizzazzjoni ta' ri-assigurazzjonijiet li jipprovdu servizz lil konsumaturi kummerċjali u individwali,

għall-impriża CICA: fornitur ta' prodotti ta' l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, id-diżgrazzji u s-saħħa primarjament lil individwi fl-Istati Uniti ta' l-Amerika, l-UE, il-Kanada u r-reġjun Asja-Paċifiku.

3.

Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjonin sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5031 — ACE/CICA, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.