22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 315/42


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ottubru 2007 — France Télécom vs L-UASI (UNIQUE)

(Kawża T-396/07)

(2007/C 315/80)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: France Télécom (Pariġi, Franza) (rappreżentant: B. Potot, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-3 ta' Settembru 2007;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “UNIQUE” għall- prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 38 (applikazzjoni Nru 5 312 392)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Jiċħad parzjalment ir-reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Jiċħad l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 7(1)(b) u 7(2) tar-Regolament Nru 40/94 tal-Kunsill (1) peress li, skond ir-rikorrenti, u kontra l-kunsiderazzjonijiet tad-deċiżjoni kkontestata, it-terminu “UNIQUE” mhuwiex nieqes minn karattru distintiv.


(1)  Regolament (KE) Nru 40/94 tal-Kunsill, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, (ĠU 1994, L 11, p. 1).