22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 315/40


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Ottubru 2007 — Ristic et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-238/07 R) (1)

(Proċedura sommarja - Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Direttiva 96/23/KE - Nuqqas ta' urġenza - Bilanċ ta' interessi)

(2007/C 315/76)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ristic AG (Burgthann, il-Ġermanja); Piratic Meeresfrüchte Import GmbH (Burgthann); Prime Catch Seafood GmbH (Burgthann); u Rainbow Export Processing SA (Puntarenas, Costa Rica) (rappreżentant: H. Schmidt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew (rappreżentanti: F. Erlbacher u A. Szmytkowska, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni 2007/362/KE tal-Kummissjoni, tas-16 ta' Mejju 2007, li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 138, p. 18).

Dispożittiv

1)

It-talba hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma riżervati.


(1)  ĠU C …