|
22.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 315/40 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Ottubru 2007 — Sumitomo Chemical Agro Europe u Philagro France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-454/05) (1)
(“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva procymidone - Direttiva 91/414/KEE - Rikors għal annullament - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Nuqqas ta' ħtieġa li tingħata deċiżjoni - Rikors għall-ħlas ta' kumpens għal danni - Inammissibbiltà - Rikors manifestament infondat’)
(2007/C 315/75)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sumitomo Chemical Agro Europe SAS (Lyon, Franza) u Philagro France SAS (Lyon) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew (rappreżentant: B. Doherty, aġent)
Suġġett
Fl-ewwel lok u prinċipalment, talba għall-annullament ta' l-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra ta' l-20 ta' Ottubru 2005 dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tas-sustanza attiva procymidone skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta' Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, p. 1) u, fit-tieni lok u sussidjarjament fir-rigward tar-rikors għal annullament, rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset, b'mod illegali, milli tadotta l-miżuri mitluba minn Sumitomo Chemical Agro Europe SAS u s-sussidjarji tagħha f'ittra tal-5 ta' Settembru 2005 u, fit-tielet lok, rikors għal ħlas ta' kumpens għal danni bil-għan li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti, prinċipalment, minħabba l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' l-allegata deċiżjoni li tinsab fl-ittra ta' l-20 ta' Ottubru 2005 u, sussidjarjament, minħabba n-nuqqas ta' adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri mitluba fl-ittra tal-5 ta' Settembru 2005.
Dispożittiv
|
1) |
Mhuwiex iktar meħtieġ li tingħata deċiżjoni fir-rigward tar-rikors għall-annullament u r-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni. |
|
2) |
Ir-rikors għal ħlas ta' kumpens għal danni huwa miċħud bħala inammissibbli peress li l-għan tiegħu huwa li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit minn Sumitomo Chemical Agro Europe SAS u Philagro France SAS minħabba l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' l-allegata deċiżjoni li tinsab fl-ittra ta' l-20 ta' Ottubru 2005. |
|
3) |
Ir-rikors għal ħlas ta' kumpens għal danni huwa miċħud bħala manifestament infondat skond il-liġi peress li l-għan tiegħu huwa li jinkiseb kumpens għal danni allegatament subiti minn Sumitomo Chemical Agro Europe SAS u Philagro France SAS minħabba nuqqas ta' adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri mitluba minn Sumitomo Chemical Agro Europe u s-sussidjarji tagħha fl-ittra tal-5 ta' Settembru 2005. |
|
4) |
Sumitomo Chemical Agro Europe SAS u Philagro France SAS għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni. |