|
22.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 315/33 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Novembru 2007 — Sunplus Technology vs L-UASI — Sun Microsystems (SUN PLUS)
(Kawża T-38/04) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta'oppożizzjoni - Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva SUNPLUS - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti SUN - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebħ bejn il-prodotti - Xebħ bejn is-sinjali’)
(2007/C 315/61)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sunplus Technology Co. Ltd (Hsinchu, Taïwan) (rappreżentanti: H. Eichmann, G. Barth, U. Blumenröder, C. Niklas-Falter, M. Kinkeldey, K. Brandt, A. Franke, U. Stephani, B. Allekotte, E. Pfrang, K. Lochner, B. Ertle, C. Neuhierl u S. Prückner, avukati
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Il-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Sun Microsystems, Inc. (Palo Alto, Kalifornja, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avukat)
Suġġett tal-kawża
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-7 ta' Ottubru 2003 (kawża R 642/2000-4) fir-rigward ta' proċedura ta' oppożizzjoni bejn Sun Microsystems, Inc. u Sunplus Technology Co. Ltd.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Sunplus Technology Co. Ltd hija kkundannata tbati l-ispejjeż. |