22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 315/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-440/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Tniġġis u inkonvenjenzi - Trattament ta' ilma urban mormi - L-Artikoli 3 u 4)

(2007/C 315/32)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u M. Konstantinidis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika [rappreżentant: E. Skandalou, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta' Mejju 1991, dwar it-trattament ta' ilma urban mormi (ĠU L 135, p. 40) — Nuqqas li jiġi assigurat trattament adegwat ta' ilma urban mormi ta' 24 agglomerazzjoni

Dispożittiv

1)

Billi ma assiguratx li l-agglomerazzjonijiet ta' Artemida, ta' Chrysoupoli, ta' Igoumenitsa, ta' Heraklion (Kreta), ta' Katerini, ta' Koropi, ta' Lefkimmi, ta' Litochoro (Prieria), ta' Malia, ta' Markopoulo, ta' Megara, ta' Nea Kydonia (Kreta), ta' Navpaktos, ta' Nea Makri, ta' Parikia (Paros), ta' Poros-Galatas, ta' Rafina, ta' Thessaloniki (żona turistika), ta' Tripoli, ta' Zakynthos, ta' Alexandria (Imathia), ta' Edessa u ta' Kalymnos ikunu pprovduti, skond il-każ, b'sistemi ta' ġbir għall-ilma urban mormi skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta' Mejju 1991, dwar it-trattament ta' ilma urban mormi u/jew b'impjanti ta' trattament ta' ilma mormi urban li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 4 ta' l-imsemmija Direttiva, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha imposti fuqha minn dawn l-Artikoli.

2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 310, 16.12.2003.