22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 315/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Ottubru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — Il-Finlandja) — Proċedura mressqa minn Fortum Project Finance SA

(Kawża C-240/06) (1)

(Artikolu 56(1) KE - Direttiva 69/335/KEE - Artikolu 12(1)(a) u (c) - Deroga għall-projbizzjoni ta' taxxa doppja ta' kontribuzzjonijiet - Kontribuzzjoni, fil-forma ta' ishma, għal kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor - Skambju ta' ishma - Taxxa fuq it-trasferiment ta' proprjetà)

(2007/C 315/27)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fortum Project Finance SA

Suġġett

Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 56 KE u l-Artikolu 12(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335, tas-17 ta' Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 249, p. 25) — Eċċezzjoni għall-projbizzjoni ta' ntaxxar doppju fuq id-dazju kapitali — Kontribuzzjonijiet, fil-forma ta' ishma, lil kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor — Taxxa fuq it-trasferiment ta' ishma

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta' Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, ta' l-10 ta' Ġunju 1985, għandha tiġi interpretata fis-sens illi l-Artikolu 12(1)(c) tagħha ma japplikax għall-impożizzjoni ta' taxxa, bħalma hija t-taxxa fuq it-trasferiment ta' proprjetà (varainsiirtovero), meta jiġu ttrasferiti sigurtajiet bħala kontribuzzjoni lil kumpannija ta' kapital li tagħti l-ishma ġodda tagħha bħal korrispettiv. L-impożizzjoni ta' din it-taxxa hija awtorizzata bis-saħħa ta' l-Artikolu 12(1)(a) ta' l-imsemmija Direttiva.


(1)  ĠU C 178, 29.7.2006.