|
22.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 315/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Novembru 2007 — Ir-Renju ta' Spanja vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
(Kawża C-141/05) (1)
(Sajd - Regolament (KE) Nru 27/2005 - Allokazzjoni tal-kwoti tal-qabdiet tal-ħut bejn l-Istati Membri - Att ta' Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja - Tmiem tal-perijodu tranżitorju - Eżiġenza ta' stabbiltà relattiva - Prinċipju ta' non-diskriminazzjoni - Opportunitajiet ġodda ta' sajd - Ammissibbiltà)
(2007/C 315/09)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentanti: E. Braquehais Conesa u M. A. Sampol Pucurull, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u A. De Gregorio Merino, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u T. van Rijn, aġenti)
Suġġett
Annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 27/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004, li jistabbilixxi, għas-sena 2005, l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ibħra tal-Komunità u, fir-rigward tal-bastimenti tal-Komunità, fl-ibħra suġġetti għal limitazzjonijiet ta' qbid (ĠU L 12, p. 1) safejn possibilitajiet ġodda ta' sajd fil-baħar tat-Tramuntana u l-Baltiku ma ġewx allokati billi ttieħdu in kunsiderazzjoni l-interessi ta' Spanja, u dan minkejja t-tmiem tas-sistema tranżitorja — Diskriminazzjoni — Applikazzjoni ta' l-Artikolu 20(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, p. 59)
Dispożittiv
|
1. |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2. |
Ir-Renju ta' Spanja għandu jbati l-ispejjeż. |
|
3. |
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |