22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 315/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tad-Danimarka

(Kawża C-19/05) (1)

(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Riżorsi proprji tal-Komunitajiet - Dazji doganali legalment dovuti li ma jkunux ġew irkuprati minħabba żball min-naħa ta' l-awtoritajiet doganali nazzjonali - Responsabbiltà finanzjarja ta' l-Istati Membri’)

(2007/C 315/05)

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N.B. Rasmussen, G. Wilms u H.-P. Hartvig, aġenti)

Konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: J.Molde, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 10 KE u Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE, Euratom, tal-31 ta' Ottubru 1994, dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 293, p. 9) — Responsabbiltà finanzjarja ta' l-Istati Membri għar-riżorsi proprji — Nuqqas li jitpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ammont ta' DKK 18 687 475, li l-awtoritajiet tad-dwana bi żball naqsu milli jiġbru bħala dazju doganali mingħand impriża.

Dispożittiv

1)

Billi ma qiegħedx għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej l-ammont ta' DKK 18 687 475 bħala riżorsi proprji, bl-interessi kkalkulati mis-27 ta' Lulju 2000, ir-Renju tad-Danimarka naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond id-dritt Komunitarju, b'mod partikolari, l-Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE Euratom, tal-31 ta' Ottubru 1994, dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej.

2)

Ir-Renju tad-Danimarka huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 93, 16.4.2005.