8.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 297/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-10 ta' Lulju 2007 — AEPI Elliniki Etaireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-461/06 P) (1)

(Appell - Rikors għal annullament - Rifjut tal-Kummissjoni li tibda proċedura għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu - Inammissibbiltà)

(2007/C 297/32)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: AEPI Elliniki Etaireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE [rappreżentanti: T. Asprogerakas-Grivas, Δικηγόρος]

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: T. Christoforou u F. Castillo de la Torre, aġenti]

Suġġett

Appell imressaq kontra d-Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tal-5 ta' Settembru 2006, AEPI vs Il-Kummissjoni (T-242/05) — Inammissibbiltà ta' talba għall-annullament ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tibdiex il-proċedura għall-konstatazzjoni ta' nuqqas ta' twettiq ta' obbligu kontra r-Repubblika Ellenika

Dispożittiv

1)

L-appell hu miċħud.

2)

AEPI Elliniki Etaireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE hi ordnata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 356, 30.12.2006.