8.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 297/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden) — Twoh International BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-184/05) (1)

(Is-Sitt Direttiva tal-VAT - L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 28ċ A(a) - Kunsinni intrakomunitarji - Eżenzjoni - Nuqqas ta' obbligu fuq l-awtorità tat-taxxa li tiġbor provi - Direttiva 77/799/KEE - Għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u indiretta - Regolament (KEE) Nru 218/92 - Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni)

(2007/C 297/04)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Twoh International BV

Konvenuta: Stattssecretaris van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 28ċ A(a) tad-Direttiva 77/388/KEE: is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1), flimkien mad-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-19 ta' Diċembru 1977 dwar l-għajnuna komuni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u indiretta (ĠU L 336, p. 15), kif emendata permezz tad-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 76, p. 1) u flimkien mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 218/92 tas-27 ta' Jannar 1992, dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam ta' tassazzjoni indiretta (VAT) (ĠU L 24, p. 1) — Bejgħ u trasport ta' merkanzija lejn Stat Membru ieħor f'isem ix-xerrej — Nuqqas ta' komunikazzjoni ta' informazzjoni rilevanti mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn tasal il-merkanzija — Obbligu jew le, għall-awtoritajiet ta' l-Istat Membru minn fejn titlaq il-merkanzija, li jitolbu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn tasal il-merkanzija, u jekk ikun il-każ, li jeħduha in kunsiderazzjoni.

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 28ċ A(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, ta' l-10 ta' April 1995, moqri flimkien mad-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE, tad-19 ta' Diċembru 1977, dwar għajnuna komuni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u indiretta, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 u mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 218/92, tas-27 ta' Jannar 1992, dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxi indiretti, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat Membru minn fejn tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata l-merkanzija fil-kuntest ta' kunsinna intrakomunitarja mhumiex marbuta jitolbu informazzjoni mingħand l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni invokat mill-fornitur.


(1)  ĠU C 217 tat-3.9.2005.