|
27.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 284/8 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni
[Każ COMP/M.4971 — MPC/Viga-Villacero/MAN/Coutinho & Ferrostaal (JV)]
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 284/07)
|
1. |
Fis-16 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Münchmeyer Petersen & Co GmbH (“MPC”, il-Ġermanja), Grupo Villacero (“Viga-Villacero”, il-Messiku) u MAN AG (“MAN”, il-Ġermanja) jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Coutinho & Ferrostaal GmbH & Co. KG (“Coutinho & Ferrostaal”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpannija ġdida li tikkostitwixxi impriża komuni. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jisgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M4971 – MPC/Viga-Villacero/MAN/Coutinho & Ferrostaal (JV), fl-indirizz li ġej:
|