24.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 283/30


Rikors ippreżentat fit-13 ta' Settembru 2007 — SOMM vs L-UASI

(Kawża T-351/07)

(2007/C 283/55)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: SOMM s.r.l. (San Mauro T.se, l-Italja) (rappreżentant: M. Ferro, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-parti rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Ġunju 2007 fil-kawża R 1653/2006-1, li tirrigwarda l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru. 4.837.746;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark tridimensjonali deskritt kif ġej: “struttura tridimensjonali komposta minn numru ta' lasti tal-metall f'forma ta' pajp, ħdejn xulxin iżda bi spazju bejniethom, bil-parti ta' fuq ta' kull waħda minnhom tirqaq u ddur sostanzjalment b'mod angolari, fejn parti minn kull waħda minn dawn il-lasti hija mwaħħla ma' l-art, li hija essenzjalment vertikali, filwaqt li l-parti l-oħra ma hija mwaħħla ma mkien u tinsab kemmxejn inklinata 'l fuq, numru ta' elementi tal-metall f'forma ta' pajp, paralleli ma' xulxin bi spazju bejniethom, imwaħħlin fuq il-partijiet inklinati ta' l-imsemmija lasti, u minn saqaf magħmul minn materjal li jagħti d-dell mwaħħal ma' l-imsemmija elementi f'forma ta' pajp, li lkoll jiffurmaw struttura li tagħti d-dell”; applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4.837.746, għal prodotti fil-klassijiet 6 u 19.

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: L-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-appell għandu jiġi miċħud.

Motivi invokati: Żball fir-rigward tal-pubbliku kkonċernat u tas-settur ikkonċernat, kif ukoll il-kisba ta' karattru distintiv tat-trade mark in kwistjoni taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.