24.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 283/25


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-4 ta' Ottubru 2007 — Advance Magazine Publishers vs L-UASI — J. Capela & Irmãos (VOGUE)

(Kawża T-481/04) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali VOGUE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VOGUE Portugal - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord ta' l-Appell - Portata ta' l-eżami mwettaq mill-Bord ta' l-Appell’)

(2007/C 283/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Esteve Sanz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Laporta Insa, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: J. Capela & Irmãos, Lda (Porto, il-Portugall)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-27 ta' Settembru 2004 (Każ R 328/2003-2) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn J. Capela & Irmãos, Lda u Advance Magazine Publishers, Inc.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-27 ta' Settembru 2004 (Każ R 328/2003-2) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta' Advance Magazine Publishers, Inc.


(1)  ĠU C 57, 5.3.2005.