24.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 283/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Nocera Inferiore (l-Italja), fl-10 ta' Settembru 2007 — Lodato Gennaro & C. SpA vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), SCCI

(Kawża C-415/07)

(2007/C 283/30)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Nocera Inferiore.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lodato Gennaro & C. SpA.

Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), SCCI.

Domandi preliminari

Id-dritt Komunitarju stabbilit fil-linji gwida dwar għajnuna għax-xogħol, fil-linji gwida dwar għajnuna reġjonali nazzjonali u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002, tat-12 ta' Diċembru 2002, (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi stabbilit jekk kienx hemm żieda fil-postijiet tax-xogħol, għandu jsir paragun bejn in-numru annwali ta' unitajiet tax-xogħol (AWU) [annual working units] medju għas-sena ta' qabel ma jiġu impjegati ħaddiema ġodda u l-AWU medju għas-sena ta' wara li jiġu impjegati, jew id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li paragun għandu — jew jista' — jsir bejn l-AWU medju għas-sena ta' qabel ma jiġu impjegati ħaddiema ġodda u n-numru eżatt ta' ħaddiema preżenti fil-ġurnata speċifika li fiha l-ħaddiema l-ġodda ġew impjegati?


(1)  ĠU L 337, p. 3.