24.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 283/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Mannheim (il-Ġermanja) fit-12 ta' Lulju 2007 — Proċeduri kriminali kontra Karl Schwarz

(Kawża C-321/07)

(2007/C 283/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Mannheim.

Parti fil-kawża prinċipali

Karl Schwarz.

Domandi preliminari

1)

Huwa possibbli, kuntrarjament għall-Artikolu 7(5) tad-Direttiva 91/439/KEE (1), taħt id-dritt Komunitarju li ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea jkollu fil-pussess tiegħu liċenzja valida tas-sewqan ta' pajjiżu u liċenzja oħra ta' Stat Membru ieħor, fejn it-tnejn ikunu nkisbu qabel l-adeżjoni ma' -EU ta' l-Istat Membru barrani, u jekk dan huwa l-każ,

2)

ir-revoka, qabel id-dħul fis-seħħ tal-Fahrerlaubnisverordnung (Regolament Ġermaniż fuq il-liċenzji tas-sewqan) ta' l-1 ta' Jannar 1999, tat-tieni liċenzja ta' sewqan, nazzjonali, li ngħatat iktar tard, minħabba reat ta' sewqan fi stat ta' sakra, timplika mil-lat ġuridiku li anki l-validità ta' l-ewwel liċenzja barranija, li ġiet maħruġa qabel, ma tibqax tiġi rikonoxxuta fuq il-livell nazzjonali wara l-adeżjoni ta' l-Istat Membru barrani, anki meta jkun diġà skada l-perijodu ta' projbizzjoni nazzjonali ?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar il-liċenzji tas-sewqan (91/439/KEE) (ĠU L 237, p.1, 24.8.1991).