|
24.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 283/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-4/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/110/KE - Għajnuna f'każijiet ta' tranżitu għal raġunijiet ta' tneħħija bl-ajru - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu preskritt)
(2007/C 283/04)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: M. Condou-Durande u P. Guerra e Andrade, aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża [rappreżentanti: L. Fernandes u F. Fraústo de Azevedo, aġenti]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/110/KE, tal-25 ta' Novembru 2003, dwar l-għajnuna f'każijiet ta' tranżitu għal raġunijiet ta' tneħħija bl-ajru (ĠU L 321, p. 26).
Dispożittiv
|
1) |
Billi ma adottatx, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/110/KE, tal-25 ta' Novembru 2003, fuq l-għajnuna f'każijiet ta' tranżitu għal raġunijiet ta' tneħħija bl-ajru, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi imposti fuqha taħt l-Artikolu 10(1) ta' din id-direttiva. |
|
2) |
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tbati l-ispejjeż. |