24.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 283/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit) — Ikea Wholesale Ltd vs Commissioners of Customs & Excise
(Kawża C-351/04) (1)
(Dumping - Importazzjonijiet ta' lożor u mħaded tal-qoton provenjenti mill-Eġittu, mill-Indja u mill-Pakistan - Regolament (KE) Nru 2398/97 - Regolament (KE) Nru 1644/2001 - Regolament (KE) Nru 160/2002 - Regolament (KE) Nru 696/2002 - Rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet tal-korp responsabbli għas-soluzzjoni tal-kwistjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ODK) - Effetti ġuridiċi - Regolament (KE) Nru 1515/2001 - Retroattività - Rifużjoni ta' dazji mħallsa)
(2007/C 283/02)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ikea Wholesale Ltd
Konvenuta: Commissioners of Customs & Excise
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/97 tat-28 ta' Novembru 1997, li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta' bjankerija tas-sodda magħmula mill-qoton u li toriġina mill-Eġittu, l-Indja u l-Pakistan (ĠU L 332, p. 1) — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1644/2001 tas-7 ta' Awissu 2001, li jemenda r-Regolament Nru 2398/97/KE u li jissospendi l-applikazzjoni tiegħu għal dak li jikkonċerna l-importazzjoni li toriġina mill-Indja (ĠU L 219, p.1) — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 160/2002 tat-28 ta' Jannar 2002, li jemenda r-Regolament Nru 2398/97/KE u li jwaqqaf il-proċedura għal dak li jikkonċerna l-importazzjoni li toriġina mill-Pakistan (ĠU L 26, p.1) — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 696/2002 tat-22 ta' April 2002 li jikkonferma d-dazju definittiv kontra d-dumping impost fuq l-importazzjoni ta' bjankerija tas-sodda magħmula mill-qoton u li toriġina mill-Indja, skond ir-Regolament Nru 2398/97/KE (ĠU L 109, p.3)
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2398/97 tat-28 ta' Novembru 1997 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-lożor u mħaded tal-qoton provenjenti mill-Eġittu, mill-Indja u mill-Pakistan huwa invalidu safejn il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea applika, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-marġni ta' dumping li jirrigwarda l-prodotti kkonċernati mill-investigazzjoni, il-metodu tar-“riduzzjoni għal żero” tal-marġni ta' dumping negattiv għal kull waħda mill-klassijiet ta' prodotti kkonċernati. |
2) |
Importatur, bħal dak in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li quddiem qorti nazzjonali jkun ressaq rikors kontra d-deċiżjonijiet li permezz tagħhom huwa ġie ordnat iħallas dazji antidumping abbażi tar-Regolament Nru 2398/97, li ġie ddikjarat invalidu f'din is-sentenza, għandu, bħala prinċipju, id-dritt li jagħmel użu minn din l-invalidità fil-kuntest tal-kawża prinċipali sabiex jikseb ir-rifużjoni ta' dawn id-dazji skond l-Artikolu 236(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92, tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità. |