10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/51 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta' Awwissu 2007 — Kenitex Química vs L-UASI — Chemicals International (Kenitex TINTAS A qualidade da cor)
(Kawża T-322/07)
(2007/C 269/92)
Lingwa tar-rikors: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Kenitex Química, S.A. (Manique, Estoril, il-Portugall) (rappreżentant: M. Pardete Reis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Chemicals International Establishment
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tad-19 ta' Ġunju 2007, li ġiet innotifikata lir-rikorrenti, permezz ta' telefax fil-25 ta' Ġunju 2007, fil-proċedura ta' annullament Nru 879 C 001553742/1 (Reġistru tat-trade marks Komunitarji Nru 1553742), li għaliha jikkorrispondi n-numru tar-rikors R 330/2006-4 u, konsegwentement, tiddikjara lit-trade mark Komunitarja Nru 1553742 “KENITEX TINTAS A QUALIDADE DA COR”, li saret l-applikazzjoni għaliha fit-13 ta' Marzu 2000 u li ġiet irreġistrata fit-22 ta' Mejju 2001, valida; |
— |
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fit-22 ta' Mejju 2001, fuq applikazzjoni tar-rikorrenti, it-trade mark Komunitarja figurattiva “KENITEX TINTAS A QUALIDADE DA COR” ġiet irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 1, 2 u 19 tal-klassifikazzjoni ta' Nizza (kimiċi għall-użu fl-industrija, raża artifiċjali, żebgħa, verniċ, żmalt, dilwenti, raża naturali, metalli għall-bajjada; materjali tal-bini mhux metalliċi, blokki ta' l-asfalt, kisi, barrieri ta' sigurtà għat-toroq, ħġieġ għall-bini).
Chemical International Establishment talbet l-annullament tat-trade mark Komunitarja abbażi ta' l-eżistenza ta' reġistrazzjonijiet preċedenti tat-trade marks nazzjonali figurattivi “Kenitex” għal prodotti fil-klassi 2 (żebgħa dekorattiva) fil-Portugall, “Kenitex”, għal prodotti fil-klassijiet 2 u 19 (kisi ta' kuluri differenti għall-bini) fi Franza u “Kenitex” għall-prodotti fil-klassijiet 1, 2, 17 u 19 (prodotti li ma jieħdux in-nar u impermejabbli, żebgħa u kisi) fil-pajjiżi tal-Benelux.
Id-Diviżjoni ta' l-Annullament laqgħet it-talba għall-annullament u l-Bord ta' l-Appell ċaħad l-appell imressaq mir-rikorrenti kontra din id-deċiżjoni, minħabba li kienet teżisti probabbiltà ta' konfużjoni minħabba x-xebħ tal-prodotti u tas-sinjali.
Ir-rikorrenti tallega l-ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (1), minħabba li m'hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ sinjali u minħabba li s-sinjal tar-rikorrenti jikkorrispondi ma' l-isem tal-kumpannija (impriża) tagħha u ma' l-isem tad-ditta rreġistrat fil-Portugall, ma' l-Instituto Nacional de Propriedade Industrial (INPI).
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).