10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/42 |
Kriterji ta' assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli
(2007/C 269/74)
Fil-25 ta' Settembru 2007, il-Qorti tal-Prim'Istanza stabbilixxiet kif ġej il-kriterji għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli għall-perijodu mill-25 ta' Settembru 2007 sat-30 ta' Settembru 2008, skond l-Aritkolu 12 tar-Regoli tal-Proċedura:
1. |
L-appelli mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku huma assenjati, mill-preżentata tar-rikors, bla ħsara għal applikazzjoni ulterjuri ta' l-Artikoli 14 u 51 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-Awla ta' l-Appelli. |
2. |
Il-kawżi l-oħra li ma jaqgħux taħt il-paragrafu 1 huma assenjati, mill-preżentata tar-rikors u bla ħsara għal applikazzjoni ulterjuri ta' l-Artikoli 14 u 51 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-awli komposti minn tliet imħallfin. Il-kawżi li jaqgħu taħt dan il-paragrafu jiqassmu lill-awli skond tliet listi differenti mfassla skond l-ordni ta' reġistrazzjoni tal-kawżi fir-Reġistru:
Fil-kuntest ta' dawn il-listi, iż-żewġ awli ppresjeduti minn tlieta komposti minn erba' mħallfin jittieħdu in kunsiderazzjoni darbtejn meta sseħħ it-tielet rotazzjoni. Il-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza jista' jidderoga minn dawn il-listi sabiex jieħu in kunsiderazzjoni l-konnessjoni ta' ċerti kawżi jew sabiex jassigura li x-xogħol jiġi mqassam b'mod ibbilanċjat. |