10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 269/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Sächsischen Landessozialgerichts (il-Ġermanja), fit-30 ta' Lulju 2007 — Kattner Stahlbau GmbH vs Maschinenbau- und Metall-Berufsgenossenschaft

(Kawża C-350/07)

(2007/C 269/37)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Sächsischen Landessozialgerichts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kattner Stahlbau GmbH

Konvenuta: Maschinenbau- und Metall-Berufsgenossenschaft

Domandi preliminari

1)

Il-konvenuta Maschinenbau- und Metall-Berufsgenossenschaft tikkostitwixxi impriża fis-sens ta' l-Artikoli 81 u 82 KE?

2)

L-obbligu tar-rikorrenti li tirreġistra ma' l-assoċjazzjoni konvenuta jikkonstitwixxi ksur tad-dritt Komunitarju?