10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 269/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Codirex Expitie BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-400/06) (1)

(Tariffa doganali komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tat-tariffi - Subintestatura 0202 30 50 - Qatgħat tal-laħam iffriżat u mingħajr għadam minn parti tal-kwart ta' quddiem ta' annimali ta' l-ifrat)

(2007/C 269/30)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Codirex Expitie BV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tan-Nota Addizzjonali 1A(h)(11) tal-Kapitolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/1999, tat-12 ta' Ottubru 1999, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 278, p. 1) — Laħam iffriżat u mingħajr għadam meħud minn parti tal-kwart ta' quddiem

Dispożittiv

1)

L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni […], kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/1999, tat-12 ta' Ottubru 1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-biċċiet tal-laħam, iffriżat u mingħajr għadam, meħuda mill-parti tal-kwart ta' quddiem tal-fart jaqgħu taħt is-subintestatura 0202 30 50 tan-Nomenklatura Magħquda.

2)

L-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat mir-Regolament Nru 2204/1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li sabiex jiġu kklassfikati fis-subintestatura 0202 30 50, il-biċċiet tal-laħam, iffriżat u mingħajr għadam, mill-kwart ta' quddiem tal-fart, m'għandhomx għalfejn jissodisfaw xi kundizzjonijiet oħra, b'mod partikolari, il-kundizzjoni li jkunu meħuda mill-istess annimal.


(1)  ĠU C 310, 16.12.2006.