10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 269/60


Rikors ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2007 — O2 (Germany) vs L-UASI (Homezone)

(Kawża T-344/07)

(2007/C 269/108)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: O2 (Germany) GmbH & Co. OHG (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Fottner u M. Müller, Avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-5 ta' Lulju 2007 fil-każ R 1583/2006-4, safejn it-talba hija miċħuda;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż tal-proċedimenti preżenti u ta' dawk quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “Homezone” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 (talba Nru 4 677 506).

Deċiżjoni ta'l-eżaminatur: ċaħda parzjali tat-talba.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7 (1)(b) u (c) kif ukoll ta' l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1).


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1).