10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/3 |
It-teħid ta' ġurament minn membri ġodda tal-Qorti tal-Prim'Istanza
(2007/C 269/06)
Wara l-ħatra tagħhom bħala mħallfin tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej b'deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej tal-25 ta' April 2007 (1) u tat-23 ta' April 2007 (2), għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2007 sal-31 ta' Awwissu 2013, A. Dittrich, S. Soldevila Fragoso u L. Truchot ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-17 ta' Settembru 2007.
Wara l-ħatra tiegħu bħala mħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej b'deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej tal-25 ta' April 2007 (3), għall-perijodu mis-17 ta' Settembru 2007 sal-31 ta' Awwissu 2010, S. Frimodt Nielsen ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-17 ta' Settembru 2007.
(1) ĠU L 114, 1.5.2007, p. 27.
(2) ĠU L 139, 31.5.2007, p. 32.
(3) ĠU L 114, 1.5.2007, p. 26.