30.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 257/50


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4898 — Compagnie de Saint-Gobain/Maxit)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 257/13)

1.

Fit-22 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Compagnie de Saint-Gobain (“Saint-Gobain”, Franza), takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-impriżi kollha Maxit (“Maxit”, l-Iżvezja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Saint-Gobain: produzzjoni, bejgħ u distribuzzjoni ta' materjal ta' kostruzzjoni, inklużi materjal għat-tikħil u ġipsum;

għal Maxit: produzzjoni u bejgħ ta' material għat-tikħil, ġipsum u exclay; disinn u il-montatura ta' tagħmir premix għal manifatturi premix.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4898 — Compagnie de Saint-Gobain/Maxit, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.