27.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 255/45 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4911 — Goldman Sachs/LOMO)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 255/16)
1. |
Fid-19 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża The Goldman Sachs Group, Inc. (Goldman Sachs, l-Istati Uniti) takkwista fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll ta' l-intier ta' l-impriża LOMO Group (LOMO, il-Ġermanja) permezz ta' akkwist ta' titoli. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4911 — Goldman Sachs/LOMO, fl-indirizz li ġej:
|