|
26.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 254/3 |
MINUTI TAS-SEDUTA TA' NHAR IT-TLIETA, IS-26 TA' ĠUNJU 2007
(2007/C 254/02)
(Is-seduta nfetħet fid-9.16 a.m.)
IPPRESIEDA: Is-Sur RADEMBINO-CONIQUET
Ko-President
1. Sostituti
Il-Ko-President ħabbar is-sostituti li ġejjin: Goebbels (għal Ferreira), Hutchinson (għal Rosati), Morgantini (għal Holm).
2. Stqarrija mis-Sur Louis Michel, Membru tal-Kummissjoni b'responsabiltà speċjali b'rabta ma' l-iżvilupp u ma' l-għajnuna umanitarja
Is-Sur Michel għamel stqarrija f'isem il-Kummissjoni.
3. Ħin għall-Mistoqsijiet mal-Kummissjoni
B'kollox 24 mistoqsija tressqu lill-Kummissjoni.
Is-Sur Michel wieġeb għall-mistoqsijiet bil-miktub u ta tweġibiet orali għall-mistoqsijiet supplimentari li tressqu mill-awturi li ġejjin:
Mistoqsija Nru. 6 mis-Sur Agnoletto dwar ir-ratifika ta' l-10 EDF (Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp);
Mistoqsija Nru. 1 mis-Sinjura Morgantini dwar l-istrateġija konġunta bejn l-UE u l-Afrika;
Mistoqsija Nru. 4 mis-Sinjura Carlotti dwar il-Parlamenti AKP u l-EDF;
Mistoqsija Nru. 14 mis-Sur F. Schmidt dwar appoġġ baġitarju;
Mistoqsija Nru. 20 mis-Sur Bowis dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabiltajiet;
Mistoqsija Nru. 16 mis-Sur Mayer dwar l-importanza ta' l-ilma;
Mistoqsija Nru. 17 mis-Sinjura Aubert dwar attivitajiet illegali tas-sajd;
Mistoqsija Nru. 2 mis-Sinjura Deerpalsing (il-Mawrizju) dwar negozjati ta' l-EPA (Ftehim ta' Sħubija Ekonomika);
Mistoqsija Nru. 3 mis-Sur Hutchinson dwar l-10 EDF u l-EPAs;
Mistoqsija Nru. 8 mis-Sur Schlyter dwar l-EPAs;
Mistoqsija Nru. 25 mis-Sur Thwala (is-Sważiland) dwar ftehimiet ta' l-EPA;
Mistoqsija Nru. 15 mis-Sinjura Hall dwar il-Qoton;
Mistoqsija Nru. 21 mis-Sur Fernandes dwar it-Timor tal-Lvant;
Mistoqsija Nru. 22 mis-Sur Van Hecke dwar il-ftehim tal-paċi fis-Sudan u l-emigranti Afrikani fl-Ewropa.
Il-mistoqsijiet li ġejjin ma kenux segwiti minn mistoqsijiet supplimentari:
Nru. 12 mis-Sur Schnellhardt (għas-Sinjura Roithova) dwar il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fi programmi nazzjonali indikattivi;
Nru. 18 mis-Sur Cashman dwar l-impatt ta' bijofjuwils.
L-awturi tal-mistoqsijiet Nri. 5, 7, 9, 10, 11, 19, 23 u 24 ma kenux preżenti.
4. L-azzjoni li ttieħdet mill-Kummissjoni b'rabta mar-riżoluzzjonijiet adottati fit-12-il seduta ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, li saret f'Bridgetown (il-Barbados) mill-20 sat-23 ta' Novembru 2006 (APP/100.015)
Il-Kummissarju rrefera għal dokument li kien tqassam li jagħti dettalji dwar it-tkomplija mill-Kummissjoni b'rabta mar-riżoluzzjonijiet adottati fil-Barbados.
IPPRESEDIET: Is-Sinjura KINNOCK
Ko-President
5. Dibattitu mal-Kummissjoni
Kelliema: Top (il-Ginea), Schnellhardt, Mugambe (l-Uganda), Cavuilati (il-Fiġi), Straker (San Vinċenz u l-Grenadini), Sebetela (il-Botswana), Goebbels, Oumarou (in-Niġer), Deerpalsing (il-Mawrizju), Gahler, Sithole (il-Możambik), Toga (l-Etjopja), Mafura (il-Lesoto), Rodgers (is-Surinam), Van Hecke, Grabowska, William (is-Seychelles) u Baldeh (il-Gambja).
Is-Sur Michel wieġeb għall-punti li tqajmu fid-dibattitu.
IPPRESIEDA: Is-Sur RADEMBINO-CONIQUET
Ko-President
6. Suġġett Nru. 1 li jeħtieġ attenzjoni immedjata: is-sitwazzjoni f'Darfur
Is-Sur Michel fetaħ id-dibattitu bi stqarrija.
Kelliema: Schroeder, Carlotti, Top (il-Ginea), Berend, Kinnock, Straker (San Vinċenz u l- Grenadini), Morgantini, Aylward, Thwala (is-Sważiland), Schnellhardt, Borrell Fontelles, Hall, Michel (Kummissjoni Ewropea) u Dekuek (is-Sudan).
(Is-seduta ġiet aġġornata fis-12.55 p.m. u reġgħet infetħet fit-3.07 p.m.)
IPPRESEDIET: Is-Sinjura KINNOCK
Ko-President
7. Approvazzjoni tal-minuti ta' nhar it-Tnejn, il-25 ta' Ġunju 2007
Il-minuti ġew approvati.
8. Stqarrija mis-Sinjura Heidemarie Wieczorek-Zeul, Ministru Federali għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (il-Ġermanja), President fil-Kariga tal-Kunsill ta' l-UE
Is-Sinjura Wieczorek-Zeul għamlet stqarrija f'isem il-Kunsill ta' l-UE.
9. Stqarrija mis-Sur Mohlabi Kenneth Tsekoa, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u tar-Relazzjonijiet Internazzjonali (il-Lesoto), President fil-Kariga tal-Kunsill AKP
Is-Sur Tsekoa għamel stqarrija f'isem il-Kunsill AKP.
10. Ħin għall-Mistoqsijiet mal-Kunsill
Żewġ mistoqsijiet tressqu lill-Kunsill AKP.
Is-Sur Tsekoa wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari li ġejjin:
Mistoqsija Nru. 2 mis-Sur Bowis dwar l-inklużjoni tas-soċjetà civili u l-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp.
L-awtur tal-mistoqsija Nru. 1 ma kienx preżenti.
Ħmistax-il mistoqsija tressqet lill-Kunsill ta' l-UE.
Is-Sinjura Wieczorek-Zeul wieġbet għall-mistoqsijiet u għall-mistoqsijiet supplimentari li ġejjin:
Mistoqsija Nru. 10 mis-Sur Mitchell dwar appoġġ baġitarju;
Mistoqsija Nru. 8 mis-Sinjura Deerpalsing (il-Mawrizju) dwar il-konklużjoni ta' l-EPAs;
Mistoqsija Nru. 11 mis-Sur Fernandes dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kap Verde;
Mistoqsija Nru. 13 mis-Sur Van Hecke dwar l-impunità;
Mistoqsija Nru. 14 mis-Sinjura McAvan (għas-Sur Cashman) dwar it-traffikar tal-bnedmin;
Mistoqsija Nru. 16 mis-Sur Bowis (għas-Sinjura Roithová) dwar miżuri implimentati mill-Kunsill b'rabta ma' kwistjonijiet ta' sessi u ambjentali;
Mistoqsija Nru. 18 mis-Sur Bowis dwar il-bidla fil-klima;
Il-mistoqsijiet li ġejjin ma kenux segwiti minn mistoqsijiet supplimentari:
Mistoqsija Nru. 12 mis-Sur Martínez Martínez (għas-Sinjura Carlotti) dwar il-kriżi f'Darfur — applikazzjoni ta' sanzjonijiet;
Mistoqsija Nru. 17 mis-Sur Mayer dwar l-importanza ta' l-ilma sabiex jingħeleb il-faqar fl-Afrika.
L-awturi tal-mistoqsijiet Nri. 3, 5, 6, 7, 9 u 20 ma kenux preżenti.
11. Dibattitu mal-Kunsill
Kelliema: Scheele, Sebetela (il-Botswana), Bullmann, William (is-Seychelles), Mitchell, Folga Ildevert (il-Burkina Faso), Cavuilati (il-Fiġi), Sturdy, Abdi Said (il-Ġibuti), Goya (Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), Smith (il-Liberja), Wieczorek-Zeul (Kunsill ta' l-UE) u Tsekoa (Kunsill AKP).
Deċiżjoni: Il-Ko-Presidenti se jiktbu ittra lill-ministri ta' l-iżvilupp ta' l-Istati Membri kollha ta' l-UE u AKP jitolbuhom sabiex jgħaġġlu r-ratifika tal-Ftehim rivedut ta' Cotonou.
12. L-istat kurrenti fin-negozjati dwar il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs): dibattitu (mingħajr riżoluzzjoni)
Kelliema: Wieczorek-Zeul (Kunsill ta' l-UE), Tsekoa (Kunsill AKP), Thompson (Kummissjoni Ewropea), Deerpalsing (il-Mawrizju), Dombrovskis, Nyassa (il-Kamerun), F. Schmidt, Sebetela (il-Botswana), Borrell Fontelles, Martens, William (is-Seychelles), Sturdy, Schlyter, Van Hecke u McNish (il-Ġamajka).
13. Indirizz mis-Sinjura Gertrude Mongella, President tal-Parlament Pan-Afrikan, segwit minn dibattitu
Is-Sinjura Mongella indirizzat l-Assemblea.
Kelliema: Gahler, Thwala (is-Sważiland), Morgantini, Conteh (is-Sierra Leone), Grabowska, William (is-Seychelles), Van Hecke, Martens, Gröner u Cheron (il-Ħaiti).
Is-Sinjura Mongella wieġbet għall-punti li tqajmu matul id-dibattitu.
(Is-seduta ngħalqet fis-7.20 p.m.)
René RADEMBINO-CONIQUET u
Glenys KINNOCK
Ko-Presidenti
Sir John KAPUTIN u
Dietmar NICKEL
Ko-Segretarji Ġenerali