26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 251/110


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4936 — BENTELER/SGLT/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 251/13)

1.

Fis-17 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Benteler Automobiltechnik GmbH (“BENTELER”, il-Ġermanja) u SGL Technologies GmbH (“SGLT”, il-Ġermanja) akkwistaw billi xtraw l-ishma skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt tal-kumpanija li għadha kif twaqqfet, BENTELER-SGL Automotive Carbon Composites GmbH & Co. KG (“il-JV”), li tikkostitwixxi negozju konġunt.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal BENTELER: l-iżvilupp u l-produzzjoni ta' element għall-vetturi, moduli u sistemi għall-irkib u l-immaniġġjar, is-sikurezza u l-emissjoni.

għal SGLT: Il-produzzjoni ta' filtri tal-karbonju, l-ajrunawtika spazjali u komposti industrijali, graffit espandut, carbon ceramic brake discs u komponenti tal-fuel cells.

għall-JV: l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' elementi għall-industrija tal-vetturi li tuża l-plasik rinfurzat bil-fibru tal-karbonju u strutturi ibridi ta' plasik rinfurzat bil-fibru tal-karbonju.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4936 — BENTELER/SGLT/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1