20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/31


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Cain Cellars vs L-UASI (Xbiha ta' pentagonu)

(Kawża T-304/05) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva magħmula mix-xbiha ta' pentagonu - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Semplicità tas-sinjal’)

(2007/C 247/50)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Cain Cellars, Inc. (St.Helena, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Albrecht u W.-W. Wodrich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Weberndorfer u G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' Appell ta' l-UASI tat-23 ta' Mejju 2005 (Każ R 975/2004-1) dwar ir-reġistrazzjoni tax-xbieha ta' pentagonu bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cain Cellars, Inc hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 257, 15.10.2005.