|
20.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 247/27 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Neumann vs L-UASI
(Kawża T-358/04) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali li hija ppreżentata fil-forma ta' ras ta' mikrofonu - Motiv assolut ta' rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)( b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2007/C 247/42)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Georg Neumann GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Böhm, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett tal-kawża
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-17 ta' Ġunju 2004 (każ R 919/2002-2), li tiċħad it-talba għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja ta' sinjal tridimensjonali li huwa ppreżentat fil-forma ta' ras ta' mikrofonu.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Georg Neumann GmbH hija ordnata tbati l-ispejjeż. |