|
20.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 247/26 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Combescot vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-249/04) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Turment morali - Obbligu ta' assistenza - Rapport ta' żvilupp tal-karriera għas-sena 2001/2002 - Rikors għal annullament - Nuqqas ta' interess ġuridiku - Rikors għal kumpens’)
(2007/C 247/40)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Philippe Combescot (Popayan, Il-Kolombja) (rappreżentanti: A. Maritati u V. Messa, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u M.Velardo, aġenti, assistiti minn S. Corongiu, avukat)
Suġġett tal-Kawża
Minn naħa, ir-rikonoxximent ta' l-illegalità ta' l-aġir tas-superjuri ġerarkiċi tar-rikorrent, ir-rikonoxximent tad-dritt ta' dan ta' l-aħħar għal assistenza u għall-annullament tar-rapport ta' żvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002 u, minn naħa l-oħra, il-ħlas ta' kumpens għad-danni subiti mir-rikorrent
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |