|
20.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 247/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fl-14 ta' Ġunju 2007 — Ernst & Young Deutsche Allgemeine Treuhand AG vs Finanzamt Stuttgart-Körperschaften
(Kawża C-285/07)
(2007/C 247/02)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ernst & Young Deutsche Allgemeine Treuhand AG
Konvenut: Finanzamt Stuttgart-Körperschaften
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE (1) tat-23 ta' Lulju 1990 jipprekludi regoli fiskali ta' Stat Membru li abbażi tagħhom, fil-każ ta' trasferiment ta' azzjonijiet f'kumpannija Ewropea b'responsabbiltà limitata lil kumpannija Ewropea oħra, il-kumpannija li tagħmel it-trasferiment tista' żżomm il-valur skond il-kotba ta' l-azzjonijiet ittrasferiti fil-każ biss li l-kumpannija benefiċjarja vvalutat l-azzjonijiet ittrasferiti skond il-valur nominali tagħhom (“valur skond il-kotba doppju”)? |
|
2) |
Jekk ir-risposta hija fin-negattiv, ir-regoli msemmija iktar 'il fuq imorru kontra l-Artikoli 43 KE u 56 KE, minkejja li l-“valur skond il-kotba doppju” huwa meħtieġ ukoll fil-każ ta' trasferiment ta' azzjonijiet f'kumpannija b'responsabbiltà limitata lil kumpannija li hija suġġetta b'mod illimitat għat-taxxa fil-Ġermanja? |
(1) ĠU L 225, p. 1.