6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 235/26


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Awwissu 2007 — Grohe vs L-UASI — Compañia Roca Radiadores (ALIRA)

(Kawża T-315/07)

(2007/C 235/48)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Grohe AG (Hemer, il-Germanja) (rappreżentant: A. Lensing-Kramer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Compañia Roca Radiadores, S.A.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell tad-19 ta' Ġunju 2007 mogħtija fil-kawża R 850/2006/4;

sussidjarjament, tannulla jew temenda d-deċiżjoni kkontestata safejn din tammetti l-eżistenza ta' xebh bejn il-merkanzija “Küchenhähhen” u “gusseiserne Badewannen”, u għaldaqstant probabbiltà ta' konfużjoni bejn is-sinjali in kwistjoni;

sussidjarjament, tannulla jew temenda d-deċiżjoni kkontestata safejn din tammetti l-eżistenza ta' xebh fonetiku bejn it-trade mark irreġistrata u t-trade mark li fuqha tibbaża ruħha l-oppożizzjoni fi Spanja, u għaldaqstant, f'dan ir-rigward, ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn is-sinjali in kwistjoni;

sussidjarjament, tannulla jew temenda d-deċiżjoni kkontestata safejn din tafferma n-nuqqas ta' fama ta' l-isem AKIRA għal cartoon Ġappuniż fi Spanja, u għaldaqstant, f'dan ir-rigward, ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn is-sinjali in kwistjoni

tordna li l-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Grohe AG.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ALIRA” għall-prodotti fil-klasi 11 (applikazzjoni Nru 2 766 640).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Compañia Roca Radiadores, S.A.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “AKIRA” għall-prodotti fil-klassi 11 (applikazzjoni Nru 2 045 604).

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: l-oppożizzjoni tiġi milqugħa u r-reġistrazzjoni tiġi miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (1), minħabba li ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks in kwistjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).