6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 235/23


Rikors ippreżentat fl-10 ta' Awissu 2007 — Calzaturificio Frau vs L-UASI — Camper

(Kawża T-304/07)

(2007/C 235/43)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Calzaturificio Frau S.p.A. (San Giovanni Ilarione VR, l-Italja) (rappreżentant: A. Rizzoli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (L-UASI)

Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Camper S.L.

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara bħala ammissibbli r-rikors preżenti u l-annessi tiegħu;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell (punti 1, 2, u 3 tad-dispożittiv) safejn tannulla d-deċiżjoni kkontestata, tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għall-prodotti kkontestati kollha u tordna lir-rikorrenti tbati l-ispejjeż tal-parti li qed topponi l-oppożizzjoni u l-appell;

tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Calzaturificio Frau S.p.A. (San Giovanni Ilarione VR, L-Italja)

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva li tikkonsisti f'ark iswed immejjel lejn il-lemin (appplikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 3.388.097) għall- prodotti fil-klassijiet 18 u 25.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat fil-proċedura ta'l-oppożizzjoni: Camper S.L.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark tridimensjonali nazzjonali Spanjola li tirriproduċi l-forma ta' żarbuna għall-prodotti fil-klassi 25, serje ta' trade marks figurattivi nazzjonali Ingliżi li jirrapreżentaw, f'forom diversi, arki mmejla, għall-prodotti fil-klassi 25, kif ukoll żewġ trade marks figurattivi Komunitajri li għandhom ukoll il-forma ta' arka, għall-prodotti fil-klassi 18.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tiċħad parzjalment l-oppożizzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.

Motivi invokati: il-ksur ta' l-Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja u ta' l-Artikolu 73 ta' l-istess Regolament.